Regolamento art
MICAR sulle crypto testo multilingue 2023/1114 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
Index & defs
- Artikolu 1 Suġġett
- Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
- Artikolu 3 Definizzjonijiet
- Artikolu 4 Offerti lill-pubbliku ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi
- Artikolu 5 Ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi
- Artikolu 6 Kontenut u forma tal-white paper dwar il-kriptoassi
- Artikolu 7 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
- Artikolu 8 In-notifika tal-white paper dwar il-kriptoassi u tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
- Artikolu 9 Pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi, u tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
- Artikolu 10 Riżultat tal-offerta lill-pubbliku u arranġamenti ta’ salvagwardja
- Artikolu 11 Drittijiet tal-offerenti u tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi
- Artikolu 12 Modifika ta’ white papers dwar il-kriptoassi ppubblikati u tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ppubblikati
- Artikolu 13 Dritt ta’ rtirar
- Artikolu 14 Obbligi tal-offerenti u tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi
- Artikolu 15 Responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija f’white paper dwar il-kriptoassi
- Artikolu 16 Awtorizzazzjoni
- Artikolu 17 Rekwiżiti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu
- Artikolu 18 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
- Artikolu 19 Il-kontenut u l-forma tal-white paper dwar il-kriptoassi għal tokens irreferenzjati ma’ assi
- Artikolu 20 Valutazzjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
- Artikolu 21 L-għoti jew iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni
- Artikolu 22 Rapportar dwar tokens irreferenzjati ma’ assi
- Artikolu 23 Restrizzjonijiet fuq il-ħruġ ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi wżati b’mod wiesa’ bħala mezz ta’ skambju
- Artikolu 24 Irtirar tal-awtorizzazzjoni
- Artikolu 25 Modifika tal-white papers dwar il-kriptoassi ppubblikati għat-tokens irreferenzjati ma’ assi
- Artikolu 26 Responsabbiltà tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għall-informazzjoni mogħtija f’white paper dwar il-kriptoassi
- Artikolu 27 Obbligu li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali fl-aħjar interess tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi
- Artikolu 28 Il-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi
- Artikolu 29 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
- Artikolu 30 Informazzjoni kontinwa għad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi
- Artikolu 31 Proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti
- Artikolu 32 L-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġjar u l-iżvelar tal-kunflitti ta’ interess
- Artikolu 33 Notifika ta’ tibdil fil-korp maniġerjali
- Artikolu 34 Arranġamenti ta’ governanza
- Artikolu 35 Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji
- Artikolu 36 L-obbligu li jkun hemm riżerva ta’ assi, u l-kompożizzjoni u l-immaniġġjar ta’ din ir-riżerva ta’ assi
- Artikolu 37 Kustodja tal-assi ta’ riżerva
- Artikolu 38 Investiment tar-riżerva ta’ assi
- Artikolu 39 Dritt ta’ fidi
- Artikolu 40 Projbizzjoni tal-għoti ta’ mgħaxijiet
- Artikolu 41 Valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposti tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi
- Artikolu 42 Kontenut tal-valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposti tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi
- Artikolu 43 Klassifikazzjoni ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti
- Artikolu 44 Klassifikazzjoni volontarja ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti
- Artikolu 45 Obbligi addizzjonali speċifiċi għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti
- Artikolu 46 Pjan ta’ rkupru
- Artikolu 47 Pjan ta’ fidi
- Artikolu 48 Rekwiżiti għall-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens tal-flus elettroniċi
- Artikolu 49 Ħruġ u rimborżabbiltà tat-tokens tal-flus elettroniċi
- Artikolu 50 Projbizzjoni tal-għoti tal-imgħax
- Artikolu 51 Il-kontenut u l-forma tal-white paper dwar il-kriptoassi għat-tokens tal-flus elettroniċi
- Artikolu 52 Ir-responsabbiltà tal-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi għall-informazzjoni mogħtija f’white paper dwar il-kriptoassi
- Artikolu 53 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
- Artikolu 54 Investiment ta’ fondi riċevuti bi skambju ma’ tokens tal-flus elettroniċi
- Artikolu 55 Pjanijiet għall-irkupru u l-fidi
- Artikolu 56 Klassifikazzjoni tat-tokens tal-flus elettroniċi bħala tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
- Artikolu 57 Klassifikazzjoni volontarja tat-tokens tal-flus elettroniċi bħala tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
- Artikolu 58 Obbligi addizzjonali speċifiċi għall-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi
- Artikolu 59 Awtorizzazzjoni
- Artikolu 60 Forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi minn ċerti entitajiet finanzjarji
- Artikolu 61 Forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent
- Artikolu 62 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi
- Artikolu 63 Valutazzjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u l-għoti jew iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni
- Artikolu 64 Irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi
- Artikolu 65 Il-forniment transfruntier ta’ servizzi tal-kriptoassi
- Artikolu 66 Obbligu li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali fl-aħjar interessi tal-klijenti
- Artikolu 67 Rekwiżiti prudenzjali
- Artikolu 68 Arranġamenti ta’ governanza
- Artikolu 69 Informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti
- Artikolu 70 Is-salvagwardja tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti
- Artikolu 71 Proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti
- Artikolu 72 L-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġjar u l-iżvelar tal-kunflitti ta’ interess
- Artikolu 73 Esternalizzazzjoni
- Artikolu 74 Stralċ ordnat tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi
- Artikolu 75 Il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti
- Artikolu 76 L-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi
- Artikolu 77 L-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn
- Artikolu 78 L-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti
- Artikolu 79 It-tqegħid tal-kriptoassi
- Artikolu 80 Ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti
- Artikolu 81 Il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi u l-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi
- Artikolu 82 Il-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment għal kriptoassi f’isem il-klijenti
- Artikolu 83 Valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposti ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi
- Artikolu 84 Il-kontenut tal-valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposta ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi
- Artikolu 85 L-identifikazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti
- Artikolu 86 Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-abbuż tas-suq
- Artikolu 87 Informazzjoni privileġġjata
- Artikolu 88 L-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġjata
- Artikolu 89 Il-projbizzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġjata
- Artikolu 90 Il-projbizzjoni ta’ żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġjata
- Artikolu 91 Il-projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq
- Artikolu 92 Il-prevenzjoni u l-individwazzjoni ta’ abbuż tas-suq
- Artikolu 93 L-awtoritajiet kompetenti
- Artikolu 94 Is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
- Artikolu 95 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
- Artikolu 96 Kooperazzjoni mal-EBA u mal-ESMA
- Artikolu 97 Promozzjoni tal-konverġenza dwar il-klassifikazzjoni tal-kriptoassi
- Artikolu 98 Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra
- Artikolu 99 Id-dmir ta’ notifika
- Artikolu 100 Segretezza professjonali
- Artikolu 101 Protezzjoni tad-data
- Artikolu 102 Miżuri kawtelatorji
- Artikolu 103 Setgħat ta’ intervent temporanju tal-ESMA
- Artikolu 104 Setgħat ta’ intervent temporanju tal-EBA
- Artikolu 105 Intervent fuq il-prodott mill-awtoritajiet kompetenti
- Artikolu 106 Koordinazzjoni mal-ESMA jew mal-EBA
- Artikolu 107 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
- Artikolu 108 Trattament tal-ilmenti mill-awtoritajiet kompetenti
- Artikolu 109 Reġistru tal-white papers dwar il-kriptoassi, tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u ta’ tokens tal-flus elettroniċi, u tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi
- Artikolu 110 Reġistru ta’ entitajiet mhux konformi li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi
- Artikolu 111 Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
- Artikolu 112 Eżerċitar tas-setgħat superviżorji u tas-setgħat li jiġu imposti sanzjonijiet
- Artikolu 113 Dritt ta’ appell
- Artikolu 114 Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet
- Artikolu 115 Rapportar ta’ penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħra lill-ESMA u lill-EBA
- Artikolu 116 Rappurtar ta’ ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw
- Artikolu 117 Ir-responsabbiltajiet superviżorji tal-EBA fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
- Artikolu 118 Il-kumitat tal-kriptoassi tal-EBA
- Artikolu 119 Kulleġġi għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
- Artikolu 120 Opinjonijiet mhux vinkolanti tal-kulleġġi għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
- Artikolu 121 Privileġġ legali
- Artikolu 122 Talba għal informazzjoni
- Artikolu 123 Setgħat investigattivi ġenerali
- Artikolu 124 Spezzjonijiet fuq il-post
- Artikolu 125 Skambju ta’ informazzjoni
- Artikolu 126 Ftehimiet amministrattivi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-EBA u pajjiżi terzi
- Artikolu 127 Żvelar ta’ informazzjoni minn pajjiżi terzi
- Artikolu 128 Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra
- Artikolu 129 Segretezza professjonali
- Artikolu 130 Miżuri superviżorji mill-EBA
- Artikolu 131 Multi
- Artikolu 132 Pagamenti perjodiċi ta’ penali
- Artikolu 133 L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali
- Artikolu 134 Regoli ta’ proċedura sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
- Artikolu 135 Smigħ tal-persuni kkonċernati
- Artikolu 136 Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja
- Artikolu 137 Tariffi superviżorji
- Artikolu 138 Delega ta’ kompiti mill-EBA lill-awtoritajiet kompetenti
- Artikolu 139 Eżerċizzju tad-delega
- Artikolu 140 Rapporti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament
- Artikolu 141 Rapport annwali tal-ESMA dwar l-iżviluppi tas-suq
- Artikolu 142 Rapport dwar l-aħħar żviluppi fil-qasam tal-kriptoassi
- Artikolu 143 Miżuri tranżizzjonali
- Artikolu 144 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
- Artikolu 145 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010
- Artikolu 146 Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE
- Artikolu 147 Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/1937
- Artikolu 148 Traspożizzjoni tal-emendi għad-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937
- Artikolu 149 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
- ta’ 135
- tfisser 50
- kriptoassi 36
- tal-kriptoassi 22
- servizzi 21
- ma’ 20
- fl-artikolu 17
- għal 16
- tad-direttiva 16
- il-punt 15
- f’isem 14
- tal-flus 14
- minn 13
- membru 13
- assi 12
- elettroniċi 12
- tokens 12
- għan-negozjar 11
- irreferenzjati 11
- //ue 10
- tkun 10
- aktar 10
- fejn 9
- l-ammissjoni 9
- persuna 9
- tagħhom 8
- it-tokens 8
- l-istat 8
- kwalunkwe 8
- skont 7
- il-klijenti 7
- tfittex 6
- biex 6
- il-persuna 6
- waħda 6
- l-offerent 6
- il-kriptoassi 6
- definita 6
- definit 6
- wieħed 6
- jkunu 6
- meta 6
- //ke 6
- dawk 5
- il-forniment 5
- reġistrat 5
- billi 5
- istituzzjoni 5
- fiżika 5
- f’konformità 5
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | “teknoloġija ta’ reġistru distribwit” jew “DLT” tfisser teknoloġija li tippermetti l-operat u l-użu ta’ reġistri distribwiti; |
(2) | “reġistru distribwit” tfisser repożitorju ta’ informazzjoni li jżomm rekords tat-tranżazzjonijiet u li jkun kondiviż ma’ sett sħiħ ta’ nodi ta’ network ta’ DLT, u sinkronizzat bejniethom, bl-użu ta’ mekkaniżmu ta’ kunsens; |
(3) | “mekkaniżmu ta’ kunsens” tfisser ir-regoli u l-proċeduri li permezz tagħhom jintlaħaq ftehim, bejn in-nodi ta’ network ta’ DLT, li tranżazzjoni tkun ġiet ivvalidata; |
(4) | “nodu ta’ network ta’ DLT” tfisser apparat jew proċess li jkun parti minn network u li jżomm replika sħiħa jew parzjali tar-rekords tat-tranżazzjonijiet kollha fuq reġistru distribwit; |
(5) | “kriptoassi” tfisser rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur jew ta’ dritt li jistgħu jiġu ttrasferiti u maħżuna elettronikament bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew teknoloġija simili; |
(6) | “token irreferenzjat ma’ assi” tfisser tip ta’ kriptoassi li ma jkunx token tal-flus elettroniċi u li jkollu l-għan li jżomm valur stabbli billi jagħmel referenza għal valur jew dritt ieħor jew kombinazzjoni tagħhom, inklużi munita uffiċjali waħda jew aktar; |
(7) | “token tal-flus elettroniċi” tfisser tip ta’ kriptoassi li jkollu l-għan li jżomm valur stabbli billi jagħmel referenza għall-valur ta’ munita uffiċjali waħda; |
(8) | “munita uffiċjali” tfisser munita uffiċjali ta’ pajjiż li tkun maħruġa minn bank ċentrali jew awtorità monetarja oħra; |
(9) | “token ta’ utilità” tfisser tip ta’ kriptoassi li huwa maħsub biss biex jipprovdi aċċess għal prodott jew għal servizz fornit mill-emittent tiegħu; |
(10) | “emittent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew impriża oħra, li toħroġ kriptoassi; |
(11) | “emittent li japplika” tfisser emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi li japplika għal awtorizzazzjoni biex joffri lill-pubbliku jew ifittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ dawk il-kriptoassi; |
(12) | “offerta lill-pubbliku” tfisser komunikazzjoni lil persuni fi kwalunkwe forma, u bi kwalunkwe mezz, li tippreżenta biżżejjed informazzjoni dwar it-termini tal-offerta u l-kriptoassi li jkunu se jiġu offruti sabiex id-detenturi prospettivi jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk jixtrux dawk il-kriptoassi; |
(13) | “offerent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew impriża oħra, jew l-emittent, li joffri kriptoassi lill-pubbliku; |
(14) | “fondi” tfisser fondi kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(15) | “fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi” tfisser persuna ġuridika jew impriża oħra li l-okkupazzjoni jew in-negozju tagħha jkunu l-forniment ta’ servizz wieħed jew aktar tal-kriptoassi lill-klijenti fuq bażi professjonali, u li jkollha l-permess tipprovdi servizzi tal-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 59; |
(16) | “servizz tal-kriptoassi” tfisser kwalunkwe servizz u attività minn dawn li ġejjin relatati ma’ kwalunkwe kriptoassi:
|
(17) | “il-forniment tal-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti” tfisser is-salvagwardja jew il-kontroll, f’isem il-klijenti, ta’ kriptoassi jew tal-mezzi ta’ aċċess għal tali kriptoassi, meta applikabbli fil-forma ta’ kjavijiet kriptografiċi privati; |
(18) | “l-operat ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi” tfisser l-immaniġġjar ta’ sistema multilaterali waħda jew aktar, li jlaqqgħu jew jiffaċilitaw it-tlaqqigħ ta’ interessi multipli ta’ xiri u ta’ bejgħ minn partijiet terzi fil-kriptoassi, fis-sistema u f’konformità mar-regoli tagħha, b’mod li jirriżulta f’kuntratt, jew billi jsir skambju ta’ kriptoassi ma’ fondi, inkella billi jsir skambju ta’ kriptoassi ma’ kriptoassi oħrajn; |
(19) | “l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi” tfisser il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xiri jew ta’ bejgħ li jikkonċernaw il-kriptoassi mal-klijenti għal fondi bl-użu ta’ kapital proprjetarju; |
(20) | “l-iskambju ta’ kriptoassi ma’ kriptoassi oħrajn” tfisser il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xiri jew ta’ bejgħ li jikkonċernaw il-kriptoassi mal-klijenti għal kriptoassi oħrajn bl-użu ta’ kapital proprjetarju; |
(21) | “l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti” tfisser il-konklużjoni ta’ ftehimiet, f’isem il-klijenti, għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ kriptoassi wieħed jew aktar jew l-abbonament f’isem il-klijenti għal kriptoassi wieħed jew aktar, u tinkludi l-konklużjoni ta’ kuntratti għall-bejgħ ta’ kriptoassi fil-mument li fih jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar; |
(22) | “it-tqegħid tal-kriptoassi” tfisser il-kummerċjalizzazzjoni, f’isem l-offerent jew parti relatata mal-offerent jew akkont tagħhom, ta’ kriptoassi lix-xerrejja; |
(23) | “ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti” tfisser ir-riċeviment minn persuna ta’ ordni għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ kriptoassi wieħed jew aktar jew biex tabbona għal kriptoassi wieħed jew aktar u t-trażmissjoni ta’ dik l-ordni lill-parti terza għall-eżekuzzjoni; |
(24) | “il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi” tfisser l-offerta, l-għoti jew il-qbil għall-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet personalizzati lil klijent, jew fuq talba tal-klijent inkella fuq l-inizjattiva tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jipprovdi l-parir, fir-rigward ta’ tranżazzjoni waħda jew aktar relatati mal-kriptoassi, jew l-użu ta’ servizzi tal-kriptoassi; |
(25) | “il-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi” tfisser l-immaniġġjar ta’ portafolli f’konformità mal-mandati mogħtija mill-klijenti fuq bażi diskrezzjonali u ta’ klijent bi klijent meta tali portafolli jinkludu kriptoassi wieħed jew iktar; |
(26) | “il-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment għal kriptoassi f’isem il-klijenti” tfisser il-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment, f’isem persuna fiżika jew ġuridika, ta’ kriptoassi minn indirizz jew kont ta’ reġistru distribwit għall-ieħor; |
(27) | “korp maniġerjali” tfisser il-korp jew il-korpi ta’ emittent, offerent jew persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, li jkunu nħatru f’konformità mal-liġi nazzjonali, li jingħataw is-setgħa jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-entità, u li jissorveljaw u jimmonitorjaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali fl-entità u tinkludi l-persuni li jmexxu b’mod effettiv in-negozju tal-entità; |
(28) | “istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE; |
(29) | “ditta ta’ investiment” tfisser ditta ta’ investiment kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE; |
(30) | “investituri kwalifikati” tfisser persuni jew entitajiet li huma elenkati fit-Taqsima I, il-punti (1) sa (4), tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE; |
(31) | “rabtiet mill-qrib” tfisser rabtiet mill-qrib kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (35), tad-Direttiva 2014/65/UE; |
(32) | “riżerva ta’ assi” tfisser il-basket ta’ assi ta’ riżerva li jiggarantixxu l-pretensjoni kontra l-emittent; |
(33) | “Stat Membru domiċiljari” tfisser:
|
(34) | “Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru fejn offerent jew persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ikunu għamlu offerta lill-pubbliku ta’ kriptoassi jew ikunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar, jew fejn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jipprovdi servizzi tal-kriptoassi, meta jkun differenti mill-Istat Membru domiċiljari; |
(35) | “awtorità kompetenti” tfisser awtorità waħda jew aktar:
|
(36) | “parteċipazzjoni kwalifikanti” tfisser kwalunkwe parteċipazzjoni diretta jew indiretta f’emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew f’fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li tkun tirrappreżenta tal-anqas 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), rispettivament, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet għall-aggregazzjoni tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva, jew li tippermetti li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-immaniġġjar tal-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew l-immaniġġjar tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li fihom teżisti dik il-parteċipazzjoni; |
(37) | “detentur fil-livell tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tkun qed taġixxi għal finijiet li jkunu esterni għall-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna; |
(38) | “interfaċċa online” tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li jkun operat minn jew f’isem offerent jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, u li jservi biex jagħti lid-detenturi tal-kriptoassi aċċess għall-kriptoassi tagħhom u li jagħti lill-klijenti aċċess lis-servizzi tal-kriptoassi; |
(39) | “klijent” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jipprovdilha servizzi tal-kriptoassi; |
(40) | “negozjar matched principal” tfisser negozjar matched principal kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (38), tad-Direttiva 2014/65/UE; |
(41) | “servizzi ta’ pagament” tfisser servizzi ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (3), tad-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(42) | “fornitur ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(43) | “istituzzjoni tal-flus elettroniċi” tfisser istituzzjoni tal-flus elettroniċi kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE; |
(44) | “flus elettroniċi” tfisser flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2009/110/KE; |
(45) | “data personali” tfisser data personali kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(46) | “istituzzjoni ta’ pagament” tfisser istituzzjoni ta’ pagament kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(47) | “kumpanija tal-maniġment ta’ UCITS” tfisser kumpanija tal-maniġment kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33); |
(48) | “maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi” tfisser AIFM kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34); |
(49) | “strument finanzjarju” tfisser strumenti finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (15), tad-Direttiva 2014/65/UE; |
(50) | “depożitu” tfisser depożitu kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (3), tad-Direttiva 2014/49/UE; |
(51) | “depożitu strutturat” tfisser depożitu strutturat kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (43), tad-Direttiva 2014/65/UE. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 139 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u biex taġġusta dawk id-definizzjonijiet skont l-iżviluppi tas-suq u l-iżviluppi teknoloġiċi.
TITOLU II
KRIPTOASSI GĦAJR TOKENS IRREFERENZJATI MA’ ASSI JEW TOKENS TAL-FLUS ELETTRONIĊI
whereas
"Bitcoin: come regalare un wallet "